Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0431

    Kawża T-431/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Distillerie Bonollo et vs Il-Kunsill (“Dumping — Importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li joriġina miċ-Ċina — Modifika tad-dazju antidumping definittiv — Eżami mill-ġdid intermedju parzjali — Rikors għal annullament — Inċidenza diretta u individwali — Ammissibbiltà — Determinazzjoni tal-valur normali — Valur normali maħdum — Bdil ta’ metodu — Trattament individwali — Artikolu 2(7)(a) u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li saru l-Artikolu 2(7)(a) u l-Artikolu 11(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036] — Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”)

    ĠU C 221, 25.6.2018, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201806080221931622018/C 221/164312012TC22120180625MT01MTINFO_JUDICIAL20180503151621

    Kawża T-431/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Distillerie Bonollo et vs Il-Kunsill (“Dumping — Importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li joriġina miċ-Ċina — Modifika tad-dazju antidumping definittiv — Eżami mill-ġdid intermedju parzjali — Rikors għal annullament — Inċidenza diretta u individwali — Ammissibbiltà — Determinazzjoni tal-valur normali — Valur normali maħdum — Bdil ta’ metodu — Trattament individwali — Artikolu 2(7)(a) u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li saru l-Artikolu 2(7)(a) u l-Artikolu 11(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036] — Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”)

    Top

    C2212018MT1510120180503MT0016151162

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Distillerie Bonollo et vs Il-Kunsill

    (Kawża T-431/12) ( 1 )

    “(“Dumping — Importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li joriġina miċ-Ċina — Modifika tad-dazju antidumping definittiv — Eżami mill-ġdid intermedju parzjali — Rikors għal annullament — Inċidenza diretta u individwali — Ammissibbiltà — Determinazzjoni tal-valur normali — Valur normali maħdum — Bdil ta’ metodu — Trattament individwali — Artikolu 2(7)(a) u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li saru l-Artikolu 2(7)(a) u l-Artikolu 11(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036] — Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”)”

    2018/C 221/16Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Distillerie Bonollo SpA (Formigine, l-Italja), Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA (Borgoricco, l-Italja), Distillerie Mazzari SpA (Sant’Agata sul Santerno, l-Italja), Caviro Distillerie Srl (Faenza, l-Italja) u Comercial Química Sarasa, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: R. MacLean, solicitor u A. Bochon, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch, avukat, u N. Chesaites, barrister, sussegwentement minn G. Berrisch u finalment minn N. Tuominen, avukat)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. França u A. Stobiecka-Kuik, sussegwentement M. França u J.-F. Brakeland, aġenti), u Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd (Changzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: E. Vermulst, S. Van Cutsem, F. Graafsma u J. Cornelis, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 626/2012 tas-26 ta’ Ġunju 2012, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni [tal-Kunsill] (UE) Nru 349/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2012, L 182, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 626/2012 tas-26 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni [tal-Kunsill] (UE) Nru 349/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat.

    2)

    Id-dazju antidumping impost permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 626/2012 għandu jinżamm f’dak li jirrigwarda l-prodotti ta’ Ninghai Organic Chemical Factory sakemm il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jkunu ħadu l-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din is-sentenza.

    3)

    Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Distillerie Bonollo SpA, Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA, Distillerie Mazzari SpA, Caviro Distillerie Srl u Comercial Química Sarasa, SL.

    4)

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

    5)

    Changmao Biochemical Engineering għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    ( 1 ) ĠU C 366, 24.11.2012.

    Top