Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0385

    Kawża T-385/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 26 ta’ Frar 2015 – Orange vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Irtirar — Għajnuna li tirrigwarda r-riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom — Tnaqqis tal-korrispettiv li għandu jitħallas lill-Istat minn France Télécom — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet — Vantaġġ — Natura selettiva — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Drittijiet tad-difiża” )

    ĠU C 118, 13.4.2015, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 118/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2015 – Orange vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-385/12) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Irtirar - Għajnuna li tirrigwarda r-riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom - Tnaqqis tal-korrispettiv li għandu jitħallas lill-Istat minn France Télécom - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet - Vantaġġ - Natura selettiva - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Drittijiet tad-difiża”))

    (2015/C 118/32)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Orange, li kienet France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: S. Hautbourg u S. Cochard-Quesson, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan u B. Stromsky, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/540/UE, tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 25/08 (ex NN 23/08) riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom imwettqa mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom (ĠU 2012, L 279, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Orange għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 311, 13.10.2012.


    Top