Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0310

    Kawża T-310/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Yuanping Changyuan Chemicals vs Il-Kunsill [“Dumping — Importazzjonijiet ta’ aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv — Industrija Komunitarja — Determinazzjoni tad-dannu — Artikolu 9(4), Artikolu 14(1) u Artikolu 20(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt li tippreżenta osservazzjonijiet — Artikolu 20(5) tar-Regolament Nru 1225/2009”]

    ĠU C 221, 6.7.2015, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 221/7


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Yuanping Changyuan Chemicals vs Il-Kunsill

    (Kawża T-310/12) (1)

    ([“Dumping - Importazzjonijiet ta’ aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Industrija Komunitarja - Determinazzjoni tad-dannu - Artikolu 9(4), Artikolu 14(1) u Artikolu 20(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt li tippreżenta osservazzjonijiet - Artikolu 20(5) tar-Regolament Nru 1225/2009”])

    (2015/C 221/09)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd (Yuan Ping City, Xin Zhou, iċ-Ċina) (rappreżentant: V. Akritidis, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit inizjalment minn N. Chesaites, barrister, u G. Berrisch, avukat, sussegwentement minn D. Geradin, avukat)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012, tat-12 ta’ April 2012, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 106, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012, tat-12 ta’ April 2012, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat sa fejn dan jikkonċerna lil Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd.

    2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Yuanping Changyuan Chemicals Co., ħlief għall-ispejjeż sostnunti minn din tal-aħħar minħabba fl-intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Yuanping Changyuan Chemicals Co. minħabba fl-intervent tagħha.


    (1)  ĠU C 273, 08.09.2012.


    Top