EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0306

Kawża T-306/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Spirlea vs Il-Kummissjoni [“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) — Talbiet għal informazzjoni indirizzati mill-Kummissjoni lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-kuntest ta’ proċedura EU Pilot — Rifjut ta’ aċċess — Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali — Interess pubbliku superjuri — Aċċess parzjali — Obbligu ta’ motivazzjoni”]

ĠU C 395, 10.11.2014, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Spirlea vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-306/12) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) - Talbiet għal informazzjoni indirizzati mill-Kummissjoni lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-kuntest ta’ proċedura EU Pilot - Rifjut ta’ aċċess - Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali - Interess pubbliku superjuri - Aċċess parzjali - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2014/C 395/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Darius Nicolai Spirlea u Mihaela Spirlea (Capezzano Pianore, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn V. Foerster u T. Pahl, sussegwentement minn V. Foerster u E. George, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira, aġent, assistit inizjalment minn A. Krämer u R. Van der Hout, sussegwentement minn R. Van der Hout, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka, irrappreżentat inizjalment minn V. Pasternak Jørgensen u C. Thorning, sussegwentement minn C. Thorning u K. Jørgensen, aġenti); Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: S. Hartikainen, aġent); u r-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment minn C. Meyer-Seitz, A. Falk, C. Stege, S. Johannesson, U. Persson, K. Ahlstrand-Oxhamre u H. Karlsson, sussegwentement minn C. Meyer-Seitz, A. Falk, U. Persson, L. Swedenborg, C. Hagerman u E. Karlsson, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller u D. Hadroušek, aġenti); u r-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn S. Centeno Huerta, sussegwentement minn M. J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ġunju 2012, li tirrifjuta li tagħti aċċess lir-rikorrenti għal żewġ talbiet għal informazzjoni indirizzati mill-Kummissjoni lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fl-10 ta’ Mejju u fl-10 ta’ Ottubru 2011, fil-kuntest tal-proċedura EU Pilot 2070/11/SNCO.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 273, 08.09.2012.


Top