Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0161

    Kawża T-161/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta’ Ġunju 2014 – Free vs UASI – Conradi + Kaiser (FreeLounge) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FreeLounge — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX, trade mark verbali nazzjonali preċedenti FREE, isem ta’ kumpannija FREE u isem ta’ dominju FREE.FR — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Setgħa ta’ bidla” )

    ĠU C 235, 21.7.2014, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 235/16


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2014 – Free vs UASI – Conradi + Kaiser (FreeLounge)

    (Kawża T-161/12) (1)

    ((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FreeLounge - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX, trade mark verbali nazzjonali preċedenti FREE, isem ta’ kumpannija FREE u isem ta’ dominju FREE.FR - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Setgħa ta’ bidla”))

    2014/C 235/20

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Free SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentant: Y. Coursin, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Conradi + Kaiser GmbH (Kleinmaischeid, il-Ġermanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Jannar 2012 (Każ R 437/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Free SAS u Conradi + Kaiser GmbH.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Jannar 2012 (Każ R 437/2011-2), hija annullata sa fejn din ikkunsidrat li s-servizzi ta’ pubblikazzjoni online ta’ kotba u ta’ ġurnali elettroniċi, kif ukoll is-servizzi ta’ pubblikazzjoni ta’ ġurnali u ta’ kotba f’forma elettronika, anki fuq l-internet, li jaqgħu fil-klassi 41 u msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, ma kinux jixbhu s-servizzi ta’ diffużjoni ta’ informazzjoni b’mod elettroniku, b’mod partikolari għan-netwerks ta’ komunikazzjoni mondjali tat-tip internet, li jaqgħu fil-klassi 38 u li huma koperti bit-trade mark figurattiva preċedenti.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 194, 30.06.2012.


    Top