EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0140

Kawża T-140/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 22 ta’ Jannar 2015 – Teva Pharma u Teva Pharmaceuticals Europe vs EMA ( “Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Prodotti mediċinali orfni — Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-verżjoni ġenerika tal-prodott mediċinali orfni imatinib — Deċiżjoni tal-EMA li tirrifjuta li tivvalida l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq — Esklużività tal-marketing” )

ĠU C 81, 9.3.2015, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2015 – Teva Pharma u Teva Pharmaceuticals Europe vs EMA

(Kawża T-140/12) (1)

((“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Prodotti mediċinali orfni - Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-verżjoni ġenerika tal-prodott mediċinali orfni imatinib - Deċiżjoni tal-EMA li tirrifjuta li tivvalida l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Esklużività tal-marketing”))

(2015/C 081/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Teva Pharma BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Teva Pharmaceuticals Europe BV (Utrecht) (rappreżentanti: D. Anderson, QC, K. Bacon, barrister, G. Morgan u C. Drew, solicitors)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński, M. Tovar Gomis u N. Rampal Olmedo, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, P. Mihaylova u M. Šimerdová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EMA tal-24 ta’ Jannar 2012 li tirrifjuta li tivvalida l-applikazzjoni mressqa mir-rikorrenti sabiex jiksbu l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-verżjoni ġenerika tal-prodott mediċinali orfni imatinib, l-imatinib Ratiopharm, f’dak li jirrigwarda indikazzjonijiet terapewtiċi għat-trattament tal-lewċemija mjelojde kronika.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Teva Pharma BV u Teva Pharmaceuticals Europe BV huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA).

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 165, 09.06.2012.


Top