Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0091

    Kawżi magħquda T-91/12 u T-280/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Flying Holding et vs Il-Kummissjoni [“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ trasport bl-ajru mhux regolari ta’ passiġġieri u kiri ta’ ajruplani użati bħala taxi — Ċaħda tal-kandidatura — Artikolu 94(b) tar-regolament finanzjarju — Drittijiet tad-difiża — Artikolu 134(5) tal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tar-regolament finanzjarju — Rikors għal annullament — Ittra li tirrispondi għal talba tar-rikorrenti — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Deċiżjoni ta’ attribuzzjoni — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

    ĠU C 395, 10.11.2014, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 395/35


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Flying Holding et vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda T-91/12 u T-280/12) (1)

    ([“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ trasport bl-ajru mhux regolari ta’ passiġġieri u kiri ta’ ajruplani użati bħala taxi - Ċaħda tal-kandidatura - Artikolu 94(b) tar-regolament finanzjarju - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 134(5) tal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tar-regolament finanzjarju - Rikors għal annullament - Ittra li tirrispondi għal talba tar-rikorrenti - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Deċiżjoni ta’ attribuzzjoni - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

    (2014/C 395/41)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Flying Holding NV (Wilrijk, il-Belġju); Flying Group Lux SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u Flying Service NV (Deurne, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Doutrelepont u V. Chapoulaud, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Delaude u D. Calciu; sussegwentement S. Delaude, aġenti, assistiti minn V. Vanden Acker, avukat)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet inklużi fl-ittri tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2011 u tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiċħdu l-kandidatura ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti ristretta dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ trasport bl-ajru mhux regolari ta’ passiġġieri u l-kiri ta’ ajrupjali użati bħala taxi (ĠU 2011/S 192-312059) kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar 2012 li tattribwixxi l-kuntratt lil kumpannija oħra u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikorsi huwa miċħuda.

    2)

    Flying Holding NV, Flying Group Lux SA u Flying Service NV huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 126, 28.4.2012.


    Top