Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0068

    Kawża F-68/12: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Lulju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 258, 25.8.2012, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 258/28


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-68/12)

    2012/C 258/52

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tal-punti ta’ promozzjoni attribwiti lir-rikorrent u tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

    Talbiet tar-rikorrenti

    Tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent redatt mill-Eurostat għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010 u l-livell ta’ prestazzjoni li ġie attribwit lilu minn dan l-istess DĠ;

    tannulla l-punti ta’ promozzjoni attribwiti mill-Eurostat u mill-Awtorità tal-Ħatra;

    tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment prekontenzjuż fir-rigward tan-natura vessatorja u offensiva tagħha, sal-punt li tikkawża dannu morali stmat għar-remunerazzjoni ta’ 10 ijiem ta’ xogħol jiġifieri, bla ħsara, EUR 2 500, ikkalkolata abbażi ta’ parti waħda minn tletin tar-remunerazzjoni fix-xahar għal kull jum ikkumpensat;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top