EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0557

Kawża C-557/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit- 3 ta’ Diċembru 2012 — KONE AG, Otis GmbH, Schindler Aufzüge und Fahrtreppen GmbH, Schindler Liegenschaftsverwaltung GmbH, ThyssenKrupp Aufzüge GmbH vs ÖBB Infrastruktur AG

ĠU C 71, 9.3.2013, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-3 ta’ Diċembru 2012 — KONE AG, Otis GmbH, Schindler Aufzüge und Fahrtreppen GmbH, Schindler Liegenschaftsverwaltung GmbH, ThyssenKrupp Aufzüge GmbH vs ÖBB Infrastruktur AG

(Kawża C-557/12)

2013/C 71/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KONE AG, Otis GmbH, Schindler Aufzüge und Fahrtreppen GmbH, Schindler Liegenschaftsverwaltung GmbH, ThyssenKrupp Aufzüge GmbH

Konvenuta: ÖBB Infrastruktur AG

Domanda preliminari

L-Artikolu 101 TFUE (Artikolu 81 KE, Artikolu 85 TKE) għandu jiġi interpretat fis-sens li kull persuna għandha dritt li titlob lill-membri ta’ akkordju anki li jagħmlu tajjeb għad-danni kkawżati lil persuna li ma hijiex parti mill-akkordju li, minħabba fiż-żieda tal-prezz tas-suq, iżżid il-prezz tal-prodotti tagħha stess b’ammont ikbar minn dak li kienet tagħmel fin-nuqqas ta’ akkordju (umbrella pricing), b’tali mod li l-prinċipju ta’ effettività stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi l-adozzjoni ta’ deċiżjoni favorevoli fil-kuntest tad-dritt nazzjonali?


Top