EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0299

Kawża C-299/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit- 18 ta’ Ġunju 2012 — Green — Swan Pharmaceuticals CR, a.s. vs Státní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát

ĠU C 273, 8.9.2012, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Ġunju 2012 — Green — Swan Pharmaceuticals CR, a.s. vs Státní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát

(Kawża C-299/12)

2012/C 273/09

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Green — Swan Pharmaceuticals CR, a.s.

Konvenuta: Státní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát

Domandi preliminari

(1)

L-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa li tgħid “dan il-prodott fih supplement tal-kalċju u vitamina D3, li jikkontribwixxi sabiex inaqqas fattur ta’ riskju ta’ żvilupp ta’ osteoporożi u ta’ ksur” hija stqarrija ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010 (2), anki jekk hija ma tindikax b’mod ċar li l-konsum ta’ dan il-prodott inaqqas b’mod sinjifikattiv fattur ta’ riskju ta’ żvilupp tal-marda ċċitata iktar ’il fuq?

(2)

Il-kunċett ta’ trade mark jew marka tad-ditta, fis-sens tal-Artikolu 28(2) tar- Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010, jinkludi wkoll il-komunikazzjonijiet kummerċjali li jidhru fuq l-imballaġġ tal-prodott?

(3)

Il-miżuri tranżitorji previsti fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010, jistgħu jkunu interpretati bħala li jirreferu għall-ikel (kollu) li kien jeżisti qabel l-1 ta’ Jannar 2005, jew bħala li jirreferu għall-ikel li kien ġie kopert b’trade mark jew b’marka tad-ditta u li, taħt din il-forma, kien jeżisti diġà qabel din id-data?


(1)  Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista tal-affermazzjonijiet nutrittivi, ĠU L 37, 10.2.2010, p. 16.


Top