EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0044

Kawża C-44/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Session (Scotland), Edinburgh (ir-Renju Unit) fit- 30 ta’ Jannar 2012 — Andrius Kulikauskas vs Macduff Shellfish Limited, Duncan Watt

ĠU C 109, 14.4.2012, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Session (Scotland), Edinburgh (ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Jannar 2012 — Andrius Kulikauskas vs Macduff Shellfish Limited, Duncan Watt

(Kawża C-44/12)

2012/C 109/10

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Session (Scotland), Edinburgh

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Andrius Kulikauskas

Konvenuti: Macduff Shellfish Limited, Duncan Watt

Domandi preliminari

(1)

Skont id-Direttiva 2006/54/KE (1), il-fatt li persuna (“A”) tiġi ttrattata b’mod inqas favorevoli abbażi tat-tqala ta’ mara (“B”) jikkostitwixxi diskriminazzjoni illegali?

(2)

Skont id-Direttiva 2006/54/KE, il-fatt li persuna (“A”) tiġi ttrattata b’mod inqas favorevoli abbażi tat-tqala ta’ mara (“B”) li hija i) is-sieħba tiegħu, jew ii) assoċjata miegħu b’mod ieħor jikkostitwixxi diskriminazzjoni illegali?


(1)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid), ĠU L 204, p. 23


Top