Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CB0593

Kawża C-593/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal- 24 ta’ Ottubru 2013 – Lancôme parfums et beauté & Cie vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Focus Magazin Verlag GmbH (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark verbali Color Focus — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal — proprjetarju tat — trade mark verbali Komunitarja Focus — Dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ċessjoni — Artikolu 19 tar-Regoli tal-Proċedura — Appell li ma għadx għandu skop — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

ĠU C 102, 7.4.2014, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 – Lancôme parfums et beauté & Cie vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Focus Magazin Verlag GmbH

(Kawża C-593/12) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali Color Focus - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal - proprjetarju tat - trade mark verbali Komunitarja Focus - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ċessjoni - Artikolu 19 tar-Regoli tal-Proċedura - Appell li ma għadx għandu skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

2014/C 102/07

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lancôme parfums et beauté & Cie (rappreżentant: A. von Mühlendahl, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, aġent, R. Schweizer, avukat), Focus Magazin Verlag GmbH (rappreżentant: R. Schweizer, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-204/10, Lancôme vs UASI, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark verbali “COLOR FOCUS”, għal prodotti fil-klassi 3, kontra d-Deċiżjoni R 238/2009-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-11 ta’ Frar 2010, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark imsemmija, imressqa mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “FOCUS”, għal prodotti fil-klassi 3 – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebħ tat-trade marks – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Abbuż ta’ dritt

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell.

2)

Lancôme parfums et beauté & Cie hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.


(1)  ĠU C 23.02.2013


Top