Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0442

    Kawża C-442/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas- 7 Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Jan Sneller vs Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV (Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali — Direttiva 87/344/KEE — Artikolu 4(1) — Għażla libera tal-avukat mill-persuna assigurata — Klawżola prevista fil-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt li tiggarantixxi assistenza legali fi proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi minn wieħed mill-impjegati tal-assiguratur — Spejjeż relatati mal-assistenza legali minn rappreżentant legali estern rimborsati biss fil-każ ta’ neċessità, evalwata mill-assiguratur, li t-trattament tal-kawża jiġi fdat lil rappreżentant legali estern)

    ĠU C 9, 11.1.2014, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 9/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Jan Sneller vs Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV

    (Kawża C-442/12) (1)

    (Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali - Direttiva 87/344/KEE - Artikolu 4(1) - Għażla libera tal-avukat mill-persuna assigurata - Klawżola prevista fil-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt li tiggarantixxi assistenza legali fi proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi minn wieħed mill-impjegati tal-assiguratur - Spejjeż relatati mal-assistenza legali minn rappreżentant legali estern rimborsati biss fil-każ ta’ neċessità, evalwata mill-assiguratur, li t-trattament tal-kawża jiġi fdat lil rappreżentant legali estern)

    2014/C 9/18

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Jan Sneller

    Konvenuta: DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 187).- Libertà ta’ għażla tal-avukat mill-persuna assigurata

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li assiguratur għall-protezzjoni ġuridika, li jipprovdi fil-kuntratti ta’ assigurazzjoni tiegħu li l-assistenza legali hija fil-prinċipju pprovduta mill-persunal tiegħu, jipprovdi wkoll li l-ispejjeż tal-assistenza legali ta’ avukat jew ta’ rappreżentant magħżul liberament mill-persuna assigurata jistgħu jiġu koperti biss jekk l-assiguratur iqis li t-trattament tal-kawża għandu jiġi ddelegat lil rappreżentant legali estern.

    (2)

    In-natura obbligatorja jew le tal-assistenza legali skont id-dritt nazzjonali fil-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi inkwistjoni ma għandhiex effett fuq ir-risposta mogħtija għall-ewwel domanda.


    (1)  ĠU C 9, 12.1.2013.


    Top