Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0277

    Kawża C-277/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Augstākās tiesas Senāts — il-Litwanja) — Vitālijs Drozdovs vs AAS “Baltikums” (Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur — Direttiva 72/166/KEE — Artikolu 3(1) — Direttiva 90/232/KEE — Artikolu 1 — Inċident tat-traffiku — Mewt tal-ġenituri tal-applikant minorenni — Dritt għal kumpens tat-tfal — Dannu mhux materjali — Kumpens — Kopertura mill-assigurazzjoni obbligatorja)

    ĠU C 367, 14.12.2013, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 367/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Augstākās tiesas Senāts — il-Litwanja) — Vitālijs Drozdovs vs AAS “Baltikums”

    (Kawża C-277/12) (1)

    (Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 72/166/KEE - Artikolu 3(1) - Direttiva 90/232/KEE - Artikolu 1 - Inċident tat-traffiku - Mewt tal-ġenituri tal-applikant minorenni - Dritt għal kumpens tat-tfal - Dannu mhux materjali - Kumpens - Kopertura mill-assigurazzjoni obbligatorja)

    2013/C 367/28

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākās tiesas Senāts

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Vitālijs Drozdovs

    Konvenuta: AAS “Baltikums”

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstakas tiesas Senats — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10) u tal-Artikolu 1(2) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3) — Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-vetturi bil-mutur — Determinazzjoni tad-danni obbligatorjament koperti mill-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-vetturi bil-mutur — Possibbiltà li d-danni morali jiġu inklużi fil-kumpens obbligatorju għad-dannu personali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi ammont ta’ kumpens għal tbatija psikoloġika nettament iżgħar mill-ammont iffissat mid-direttivi għall-kumpens għad-danni personali

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikoli 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, u 1(1) u (2) u tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur għandha tkopri l-kumpens tad-danni mhux materjali subiti mill-qraba tal-vittmi li mietu f’inċident tat-traffiku sa fejn dan il-kumpens huwa previst taħt ir-responsabbiltà ċivili tal-persuna assigurata mid-dritt nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali.

    (2)

    L-Artikoli 3(1) tad-Direttiva 72/166 u 1(1) u (2) tat-Tieni Direttiva 84/5 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-dispożizzjonijiet nazzjonali li skont dawn l-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur tkopri biss il-kumpens tad-dannu mhux materjali dovut, skont id-dritt nazzjonali tar-responsabbiltà ċivili, minħabba l-mewt tal-membri tal-familja li huma qribha f’inċident tat-traffiku sa ammont massimu iktar baxx minn dak stabbilit fl-Artikolu 1(2) tat-Tieni Direttiva 84/5.


    (1)  ĠU C 235, 04.08.2012


    Top