Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0251

    Kawża C-251/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 19 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Bruxelles, il-Belġju) — Christian van Buggenhout u Ilse van de Mierop agissant fil-kwalità tagħhom ta’ kuraturi tal-falliment ta’ Grontimmo SA vs Banque Internationale à Luxembourg (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Proċeduri ta’ insolvenza — Artikolu 24(1) — Eżekuzzjoni ta’ obbligu “għal benefiċċju ta’ debitur li jkun suġġett għal proċedimenti ta’ falliment” — Ħlas lil kreditur ta’ dan id-debitur)

    ĠU C 344, 23.11.2013, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 344/29


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Bruxelles, il-Belġju) — Christian van Buggenhout u Ilse van de Mierop agissant fil-kwalità tagħhom ta’ kuraturi tal-falliment ta’ Grontimmo SA vs Banque Internationale à Luxembourg

    (Kawża C-251/12) (1)

    (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Proċeduri ta’ insolvenza - Artikolu 24(1) - Eżekuzzjoni ta’ obbligu “għal benefiċċju ta’ debitur li jkun suġġett għal proċedimenti ta’ falliment” - Ħlas lil kreditur ta’ dan id-debitur)

    2013/C 344/50

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de commerce de Bruxelles

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Christian van Buggenhout u Ilse van de Mierop fil-kwalità tagħhom ta’ kuraturi tal-falliment ta’ Grontimmo SA

    Konvenut: Banque Internationale à Luxembourg

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de commerce de Bruxelles — Interpretazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191) — Eżekuzzjoni ta’ ħlas magħmul lil kreditur mid-debitur fallut fuq talba ta’ dan tal-aħħar, fl-assenza ta’ proċeduri ta’ pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tat bidu għall-proċedura ta’ insolvenza fi Stat Membru ieħor — Ħelsien tal-aġent li qed jaġixxi in bona fide — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae — Kunċett ta’ “rispett ta’ obbligu lejn id-debitur” li jinkludi biss il-ħlas imwettaq favur id-debitur fallut jew ukoll fir-rigward tal-kredituri tiegħu

    Dispożittiv

    L-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni ħlas eżegwit, fuq ordni tad-debitur suġġett għal proċedura ta’ insolvenza, lil kreditur ta’ dan tal-aħħar.


    (1)  ĠU C 200, 7.7.2012.


    Top