Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0214

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 24 ta’ Ottubru 2013 — Land Burgenland Grazer Wechselseitige Versicherung AG, ir-Repubblika tal-Awstrija vs Il-Kummissjoni Ewropea (Kawżi Magħquda C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P) (Appell — Kompetizzjoni — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni — Għajnuna mogħtija lill-grupp Grazer Wechselseitige (GRAWE) meta saret il-privatizzazzjoni ta’ Bank Burgenland AG — Determinazzjoni tal-prezz tas-suq — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Kundizzjonijiet illeċiti mingħajr effett fuq l-ogħla offerta — Kriterju msejjaħ tal- “bejjiegħ privat” — Distinzjoni bejn l-obbligi imposti fuq l-Istat fl-eżerċizzju tal-prerogattivi tiegħu ta’ awtorità pubblika u fuq l-Istat meta jaġixxi fil-kwalità ta’ azzjonarju — Żnaturament tal-provi — Obbligu ta’ motivazzjoni)

    ĠU C 367, 14.12.2013, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 367/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Land Burgenland Grazer Wechselseitige Versicherung AG, ir-Repubblika tal-Awstrija vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawżi Magħquda C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P) (1)

    (Appell - Kompetizzjoni - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni - Għajnuna mogħtija lill-grupp Grazer Wechselseitige (GRAWE) meta saret il-privatizzazzjoni ta’ Bank Burgenland AG - Determinazzjoni tal-prezz tas-suq - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Kundizzjonijiet illeċiti mingħajr effett fuq l-ogħla offerta - Kriterju msejjaħ tal-“bejjiegħ privat” - Distinzjoni bejn l-obbligi imposti fuq l-Istat fl-eżerċizzju tal-prerogattivi tiegħu ta’ awtorità pubblika u fuq l-Istat meta jaġixxi fil-kwalità ta’ azzjonarju - Żnaturament tal-provi - Obbligu ta’ motivazzjoni)

    2013/C 367/22

    Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellant: Land Burgenland (rappreżentanti: U. Soltész, P. Melcher u A. Egger, avukati), Grazer Wechselseitige Versicherung AG (rappreżentant: H. Wollmann, avukat), ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer u M. J. Bauer, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, V. Kreuschitz u T. Maxian Rusche, aġenti), ir-Repubblika tal-Awstrija, Land Burgenland

    Parti intervenjenti insostenn tal-partijiet Land Burgenland u r-Repubblika tal-Awstrija: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: K. Petersen kif ukoll T. Henze u J. Möller, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat-28 ta’ Frar 2012, Land Burgenland u L-Awstrija vs Il-Kummissjoni (T-268/08 u T 281/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikorsi intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/719/KE, tat-30 ta’ April 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Awstrija għall-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland (ĠU L 239, p. 32) — Ksur tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 107(1) TFUE — Evalwazzjoni żbaljata tal-garanzija ta’ twettiq (“Ausfallshaftung”) tal-Land Burgenland favur il-Bank Burgenland

    Dispożittiv

    (1)

    L-appelli huma miċħuda.

    (2)

    Il-Land Burgenland, Grazer Wechselseitige Versicherung AG u r-Repubblika tal-Awstrija huma kkundannati għall-ispejjeż.

    (3)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 194, 30.06.2012

    ĠU C 184, 23.06.2012


    Top