EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0181

Kawża C-181/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) Yvon Welte vs Finanzamt Velbert (Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 56 KE sa 58 KE — Taxxa fuq is-suċċessjoni — De cujus u werriet residenti f’pajjiż terz — Massa ereditarja — Beni immobbli li jinsab fi Stat Membru — Dritt għal allowance fuq il-bażi taxxabbli — Differenza fit-trattament bejn residenti u mhux residenti)

ĠU C 367, 14.12.2013, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) Yvon Welte vs Finanzamt Velbert

(Kawża C-181/12) (1)

(Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 56 KE sa 58 KE - Taxxa fuq is-suċċessjoni - De cujus u werriet residenti f’pajjiż terz - Massa ereditarja - Beni immobbli li jinsab fi Stat Membru - Dritt għal allowance fuq il-bażi taxxabbli - Differenza fit-trattament bejn residenti u mhux residenti)

2013/C 367/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Yvon Welte

Konvenuta: Finanzamt Velbert

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 65 TFUE — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru fil-qasam tat-taxxa fuq is-suċċessjoni li tiffissa li l-parti mill-valur ta’ immobbli li ma hijiex intaxxata hija ta’ EUR 2 000 fil-każ fejn ir-residenza tad-de cujus u tal-werriet tinsab fi Stat terz, filwaqt li din il-parti li ma hijiex intaxxata titla’ għal EUR 500 000 fil-każ fejn ir-residenza jew tad-de cujus jew tal-werrej tkun fit-territorju nazzjonali

Dispożittiv

L-Artikoli 56 KE u 58 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar il-kalkolu ta’ taxxa tas-suċċessjoni li tipprovdi li, fil-każ ta’ suċċessjoni ta’ immobbli li tinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat, l-allowance fuq il-bażi taxxabbli, meta, bħal fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, il-persuna mejta u l-benefiċjarju tas-suċċessjoni huma residenti, fil-mument tal-mewt, f’pajjiż terz bħall-Konfederazzjoni Svizzera, hija inqas mill-allowance li kienet tkun applikabbli kieku mill-inqas wieħed minnhom kien jirrisjedi, fl-istess mument, fl-imsemmi Stat Membru.


(1)  ĠU C 174, 16.06.2012.


Top