This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0080
Case C-80/12: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 1 April 2014 (request for a preliminary ruling from the First-tier Tribunal (Tax Chamber) — United Kingdom) — Felixstowe Dock and Railway Company Ltd and Others v The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (Reference for a preliminary ruling — Freedom of establishment — Corporation tax — Tax relief — Groups of companies and consortia — National legislation permitting losses to be transferred between a company belonging to a consortium and a company that is a member of a group which are connected by a ‘link company’ that is a member of both the group and the consortium — Residence condition for the ‘link company’ — Discrimination on the basis of where the corporate seat is located — Ultimate group parent company established in a third State and owning the companies which are seeking to transfer losses through companies established in third States)
Kawża C-80/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 1 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Felixstowe Dock and Railway Company Ltd et vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà ta’ stabbiliment — Taxxi fuq il-kumpanniji — Tnaqqis fiskali — Gruppi ta’ kumpanniji u konsorzji — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti t-trasferiment ta’ telf bejn kumpannija li tagħmel parti minn konsorzju u kumpannija li tagħmel parti minn grupp, konnessi permezz ta’ “kumpannija ta’ konnessjoni” li hija kemm membru tal-grupp kif ukoll tal-konsorzju — Kundizzjoni ta’ residenza tal- “kumpannija ta’ konnessjoni” — Diskriminazzjoni skont il-post tas-sede — Kumpannija parent finali tal-grupp stabbilita fi Stat terz u li għandha l-kumpanniji li qed jipprovaw jittrasferixxu telf permezz ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi”)

ĠU C 159, 26.5.2014, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
26.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-1 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Felixstowe Dock and Railway Company Ltd et vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-80/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Taxxi fuq il-kumpanniji - Tnaqqis fiskali - Gruppi ta’ kumpanniji u konsorzji - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti t-trasferiment ta’ telf bejn kumpannija li tagħmel parti minn konsorzju u kumpannija li tagħmel parti minn grupp, konnessi permezz ta’ “kumpannija ta’ konnessjoni” li hija kemm membru tal-grupp kif ukoll tal-konsorzju - Kundizzjoni ta’ residenza tal-“kumpannija ta’ konnessjoni” - Diskriminazzjoni skont il-post tas-sede - Kumpannija parent finali tal-grupp stabbilita fi Stat terz u li għandha l-kumpanniji li qed jipprovaw jittrasferixxu telf permezz ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi”))
2014/C 159/02
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Felixstowe Dock and Railway Company Ltd, Savers Health and Beauty Ltd, Walton Container Terminal Ltd, WPCS (UK) Finance Ltd, AS Watson card Services (UK) Ltd, Hutchison Whampoa (Europe) Ltd, Kruidvat UK Ltd, Superdrug Stores plc
Konvenut: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Firt-tier Tribunal (Tax Chamber) – Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 u 54 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Leġiżlazzjoni fiskali – Taxxa fuq il-kumpanniji – Tnaqqis fiskali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza t-trasferiment ta’ telf imġarrab minn kumpannija stabbilita fir-Renju Unit u miżmuma minn konsorzju lejn kumpannija stabbilita f’dan l-istess Stat u li tagħmel parti minn grupp ta’ kumpanniji, bil-kundizzjoni li jkun hemm konnessjoni bejn dawn iż-żewġ kumpanniji permezz ta’ kumpannija ta’ konnessjoni li tagħmel parti kemm mill-grupp u kif ukoll mill-konsorzju – Kumpannija ta’ konnessjoni li għandha tkun stabbilita fir-Renju Unit jew li għandha teżerċita attività kummerċjali fir-Renju Unit permezz ta’ stabbiliment permanenti
Dispożittiv
L-Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrikonoxxi l-possibbiltà għal kumpannija residenti li tagħmel parti minn grupp li tikseb it-trasferiment ta’ telf imġarrab minn kumpannija residenti oħra li tagħmel parti minn konsorzju meta “kumpannija ta’ konnessjoni” li tagħmel parti kemm minn dan il-grupp kif ukoll minn dan il-konsorzju tirresjedi wkoll fl-imsemmi Stat Membru, u dan irrispettivament mir-residenza tal-kumpanniji li jżommu huma stess jew permezz ta’ kumpanniji intermedjarji l-kapital tal-kumpannija ta’ konnessjoni u tal-kumpanniji l-oħrajn affettwati mit-trasferiment ta’ telf, filwaqt li din il-leġiżlazzjoni teskludi tali possibbiltà meta l-kumpannija ta’ konnessjoni tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor.