Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0068

    Kawża C-68/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas- 7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) — Protimonopolný úrad Slovenskej republiky vs Slovenská sporitel’ňa, a.s. ( “Kunċett ta’ akkordju — Ftehim konkluż bejn diversi banek — Impriża kompetitriċi li topera fis-suq inkwistjoni b’mod allegatament illegali — Effett — Assenza” )

    ĠU C 114, 20.4.2013, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/19


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) — Protimonopolný úrad Slovenskej republiky vs Slovenská sporitel’ňa, a.s.

    (Kawża C-68/12) (1)

    (Kunċett ta’ akkordju - Ftehim konkluż bejn diversi banek - Impriża kompetitriċi li topera fis-suq inkwistjoni b’mod allegatament illegali - Effett - Assenza)

    2013/C 114/27

    Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

    Qorti tar-rinviju

    Najvyšší súd Slovenskej republiky

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Protimonopolný úrad Slovenskej republiky

    Konvenuti: Slovenská sporiteľňa, a.s.

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Najvyšší súd Slovenskej republiky — Interpretazzjoni tal-Artikolu 101(1) u (3) tat-Trattat FUE — Kunċett ta’ akkordju — Ftehim konkluż bejn diversi banek intiż li jxolji u li ma jġeddidx ftehim ta’ kontijiet kurrenti ma’ impriża kompetitriċi stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Effett fuq il-klassifikazzjoni bħala akkordju illegali tal-fatt, li ma ġiex evokat fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, li l-impriża kompetitriċi kienet topera fis-suq inkwistjoni b’mod illegali

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li impriża milquta minn akkordju li għandu bħala skop ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni kienet topera fis-suq inkwistjoni b’mod allegatament illegali matul il-konklużjoni ta’ dan l-akkordju huwa irrilevanti għall-kwistjoni jekk l-akkordju inkwistjoni jikkostitwixxix ksur ta’ din id-dispożizzjoni

    (2)

    L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni ma teħtieġx il-prova ta’ aġir personali tar-rappreżentant awtorizzat ta’ impriża jew ta’ ftehim partikolari li permezz tiegħu dan ir-rappreżentant awtorizza, taħt forma ta’ mandat, l-aġir tal-impjegat tiegħu li pparteċipa f’laqgħa antikompetittiva

    (3)

    L-Artikolu 101(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ japplika għal ftehim prekluż mill-Artikolu 101(1) TFUE biss meta l-kumpannija li tinvoka din id-dispożizzjoni tkun ressqet il-prova li kienu sodisfatti l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti fih.


    (1)  ĠU C 165, 09.06.2012.


    Top