This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TO0351
Order of the General Court (Fifth Chamber) of 13 July 2011.#Alcide Djédjé v Council of the European Union.#Common Foreign and Security Policy - Restrictive measures taken in view of the situation in Côte d’Ivoire - Action for annulment - Time-limit for bringing an action - Out of time - Clear inadmissibility.#Case T-351/11.
Digriet tal-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) tat-13 ta' Lulju 2011.
Alcide Djédjé vs il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Rikors għal annullament - Terminu tar-rikors - Tadività - Inammissibbiltà manifesta.
Kawża T-351/11.
Digriet tal-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) tat-13 ta' Lulju 2011.
Alcide Djédjé vs il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Rikors għal annullament - Terminu tar-rikors - Tadività - Inammissibbiltà manifesta.
Kawża T-351/11.
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:374
Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 – Djédjé vs Il-Kunsill
(Kawża T-351/11)
“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire – Rikors għal annullament – Terminu tar-rikors – Tadività – Inammissibbiltà manifesta”
1. Rikors għal annullament - Termini - Natura ta’ ordni pubbliku - Eżami ex officio mill-qorti tal-Unjoni (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1) u (2) (ara l-punti 9, 10)
2. Rikors għal annullament - Termini - Bidu tad-dekorrenza - Data tal-pubblikazzjoni tal-att inkwistjoni (ir-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 560/2005; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656) (ara l-punt 14)
Suġġett
| Talba għal annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK, tas-6 ta’ April 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 93, p. 20), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 93, p. 10), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent. |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
A. Djédjé għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
|
3) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal proċedura mħaffa u ta’ deċiżjoni bi prijorità. |