Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0666

    Kawża T-666/11: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Diċembru 2011 — Budziewska vs UASI — Puma AG Rudolf Dassler Sport (rappreżentazzjoni ta’ puma)

    ĠU C 109, 14.4.2012, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 109/14


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2011 — Budziewska vs UASI — Puma AG Rudolf Dassler Sport (rappreżentazzjoni ta’ puma)

    (Kawża T-666/11)

    2012/C 109/32

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Danuta Budziewska (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Masłowski, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Puma AG Rudolf Dassler Sport (Herzogenaurach, il-Ġermanja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta’ Settembru 2011, fil-Każ R 1137/2010-3, li tiċħad l-appell ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni li tannulla d-dritt tagħha għal disinn; u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn (rappreżentazzjoni ta’ puma) irreġistrat taħt in-Nru 697016-0001, u ppubblikat f’isem ir-rikorrenti fil-Bullettin tat-Trade Marks Komunitarji tat-2 ta’ Mejju 2007.

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: l-abbozz tad-disinn ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ disinn kif stabbilita fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142) u naqas ukoll milli jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament Nru 6/20002, flimkien ma’ raġunijiet ta’ invalidità oħra skont l-Artikolu 25(1)(ċ), (d), (e), (f) u (g) ta’ dak ir-regolament.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: dritt għal disinn annullat

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 6/2002 minħabba r-rifjut li tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura individwali tad-disinn kif stabbilit mir-rikorrenti.


    Top