Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0530

    Kawża T-530/11: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Ottubru 2011 — Chivas vs UASI — Glencairn Scotch Whisky (CHIVALRY)

    ĠU C 362, 10.12.2011, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 362/19


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2011 — Chivas vs UASI — Glencairn Scotch Whisky (CHIVALRY)

    (Kawża T-530/11)

    2011/C 362/29

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Chivas Holding (IP) Ltd (Renfrewshire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Carboni, Solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Glencairn Scotch Whisky Co. Ltd (Glasgow, ir-Renju Unit)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks and Disinni) tal-14 ta’ Lulju 2011 fil-Każ R 2334/2010-1, u tibgħat il-każ lura quddiem l-UASI sabiex dan ikun jista’ jipproċedi; u

    tordna lill-konvenut u kwalunkwe intervenjenti f’dan l-appell ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti, sostnuti f’din il-proċedura u kif ukoll dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “CHIVALRY”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 33, 35 u 41 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6616593

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni ta’ trade mark tar-Renju Unit Nru 1293610 tat-trade mark figurattiva “CHIVALRY”, għal prodotti fil-klassi 33; Reġistrazzjoni ta’ trade mark tar-Renju Unit Nru 2468527 tat-trade mark figurattiva “CHIVALRY SPECIAL RESERVE SCOTCH WHISKY”, għal prodotti fil-klassi 33; Trade mark verbali tar-Renju Unit mhux irreġistrata “CHIVALRY”, użata fl-ambitu tal-kummerċ fir-rigward tal-“Whisky”

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 76(1) u 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell: (i) għamel b’mod żbaljat konstatazzjoni ta’ fatt fir-rigward tal-karatteristiċi tal-pubbliku rilevanti u naqas milli jimmotiva din il-konstatazzjoni; (ii) sussidjarjament għall-ewwel motiv, wara li kkonstata li l-konsumatur rilevanti huwa “partikolarment konxju fir-rigward tad-ditta u leali lejn id-ditta”, naqas b’mod żbaljat milli jevalwa li dawn il-karatteristiċi jżidu l-attenzjoni tal-konsumatur rilevanti u għalhekk inaqqsu l-probabbiltà ta’ konfużjoni; (iii) naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni linji gwida importanti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja u adotta l-approċċ żbaljat meta qabbel it-trade marks; (iv) identifika b’mod żbaljat il-kelma “CHIVALRY” bħala l-element viżwalment dominanti tat-trade mark preċedenti u kkonkluda b’mod żbaljat li l-ħames elementi figurattivi u verbali l-oħra għandhom rwol sekondarju; (v) assuma b’mod żbaljat li t-tqabbil fis-smigħ tat-trade marks seta’ jsir bl-istess mod bħat-tqabbil viżiv; u (vi) evalwa b’mod żbaljat probabbiltà ta’ konfużjoni.


    Top