Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0506

    Kawża T-506/11: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Settembru 2011 — Peek & Cloppenburg vs UASI — Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg)

    ĠU C 362, 10.12.2011, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 362/17


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2011 — Peek & Cloppenburg vs UASI — Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg)

    (Kawża T-506/11)

    2011/C 362/25

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Abrar, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Peek & Cloppenburg (Hamburg, il-Ġermanja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-28 ta’ Frar 2011, fil-Każ R 53/2005-1;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Peek & Cloppenburg” għal prodotti fil-klassi 25

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Peek & Cloppenburg

    Trade mark jew sinjal invokat: sinjal preċedenti ieħor, jiġifieri l-isem ta’ kumpannija “Peek & Cloppenburg”, li huwa validu fil-Ġermanja

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn l-użu tat-trade mark iktar reċenti “Peek & Cloppenburg” ma jistax jiġi pprojbit u sa fejn ma saritx talba għal projbizzjoni tal-użu fit-territorju Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 12 tal-MarkenGesetz (Liġi Ġermaniża dwar it-trade marks), kif ukoll ksur tal-ewwel parti tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell kien imissu stenna li tingħata deċiżjoni mill-Bundesgerichtshof (Qorti Federali) Ġermaniża kif ukoll li sentenza mogħtija fil-proċedimenti Ġermaniżi għat-tħassir ta’ trade mark tgħaddi għal res judicata


    Top