Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0421

    Kawża T-421/11: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Awwissu 2011 — Qualitest FZE vs Il-Kunsill

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/44


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2011 — Qualitest FZE vs Il-Kunsill

    (Kawża T-421/11)

    2011/C 282/81

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Qualitest FZE (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: M. Catrain González, avukat, E. Wright u H. Zhu, Barristers)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011 tat-23 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 136, p. 26) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK tat-23 ta’ Mejju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 136, p. 65), sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrenti; u

    tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut kiser l-obbligu tiegħu skont l-Artikolu 296 TFUE sabiex jiddikjara r-raġunijiet li għalihom ġiet inkluża r-rikorrenti fil-miżuri kkontestati.

    (2)

    It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut kiser id-dritt għad-difiża tar-rikorrenti meta naqas milli jinkludi kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ raġunijiet fil-miżuri kkontestati bħal:

    In-nuqqas ta’ kwalunkwe ġustifikazzjoni ma tippermettix lir-rikorrenti sabiex tiddikjara l-opinjoni tagħha dwar l-informazzjoni jew materjal ippreżentati kontra tagħha; u

    Dawn in-nuqqasijiet jikkostitwixxu ksur fundamentali tal-obbligi tal-konvenut fir-rigward tal-miżuri kkontestati u jagħmluhom invalidi sa fejn dawn ikunu japplikaw għar-rikorrenti.

    (3)

    It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkluda li r-rikorrenti kienet involuta fl-akkwist ta’ komponenti għall-programm nukleari Iranjan u li l-kundizzjonijiet legali għall-inklużjoni tagħha kienu ġew sodisfatti.


    Top