EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0153

Kawża T-153/11: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Marzu 2011 — Zenato Azienda Vitivinicola v UASI — Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona (ZENATO RIPASSA)

ĠU C 139, 7.5.2011, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/24


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2011 — Zenato Azienda Vitivinicola v UASI — Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona (ZENATO RIPASSA)

(Kawża T-153/11)

2011/C 139/46

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Zenato Azienda Vitivinicola Srl (Peschiera del Garda, l-Italja) (rappreżentant: A. Rizzoli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona (Verona, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli r-rikors preżenti flimkien mal-annessi relattivi

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell (punti 1, 2 u 3 tad-dispożittiv) fil-parti fejn din tilqa’ r-rikors, tilqa’ l-oppożizzjoni u tiċħad b’mod sħiħ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, tikkundanna lill-applikant għall-ispejjeż sostnuti mill-opponent fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u fir-rikors

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “ZENATO RIPASSA” (applikazzjoni għall-reġistrazzjoni Nru 5 848 015), għal prodotti fil-klassi 33 (xorb alkoħoliku)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Taljan “RIPASSO” (Nru 682 213), għal prodotti fil-klassi 33 (“inbid, spirti u likuri”)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni rrifjutata b’mod sħiħ

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/09.


Top