Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0139

    Kawża T-139/11: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Marzu 2011 — Gnango vs Il-Kunsill

    ĠU C 130, 30.4.2011, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 130/23


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2011 — Gnango vs Il-Kunsill

    (Kawża T-139/11)

    2011/C 130/44

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Loba Emmanuel Patrice Gnango (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: G. Collard, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrent

    Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tikkonstata li, rigward ir-rikorrent, L.E.P. Gnango, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill, tal-14 ta’ Jannar 2011, ippubblikati fil-15 ta’ Jannar 2011 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ma humiex fondati fil-fatt,

    konsegwentement,

    tannulla r-Regolament tal-Kunsill UE Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK tal-14 ta’ Jannar 2011;

    sussidjarjament, tordna li l-isem ta’ L.E.P. Gnango jitneħħa mil-listi annessi mal-imsemmi regolament u mal-imsemmija deċiżjoni.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-motivi u argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-137/11, Guiai Bi Poin vs Il-Kunsill.


    Top