This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0131
Case T-131/11: Action brought on 7 March 2011 — Ezzedine v Council
Kawża T-131/11: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Marzu 2011 — Ezzedine vs Il-Kunsill
Kawża T-131/11: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Marzu 2011 — Ezzedine vs Il-Kunsill
ĠU C 130, 30.4.2011, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 130/20 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2011 — Ezzedine vs Il-Kunsill
(Kawża T-131/11)
2011/C 130/39
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ibrahim Ezzedine (Treichville, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: G. Collard, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tikkonstata li, fir-rigward tar-rikorrent, I. Ezzedine, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/71/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, ippubblikata fit-2 ta’ Frar 2011 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ma hijiex fondata fil-fatt, |
— |
konsegwentement,
|
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni żewġ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, inkwantu l-motivi tal-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista tal-persuni u entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi huma sterjotipati mingħajr ma ssemma l-ebda element fattwali preċiż li jippermetti li tiġi evalwata r-rilevanza tal-imsemmija inklużjoni fil-lista. |
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, inkwantu r-rikorrent huwa akkużat li kkontribwixxa għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima ta’ L. Gbagbo, meta r-rikorrent kien jeżerċita biss attività ta’ imprenditur privat u kien jikkontribwixxi għall-finanzjament tar-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u mhux għal reġim speċifiku permezz tal-ħlas tat-taxxi. |