Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0398

    Kawża T-398/11 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ Marzu 2012 — Barthel et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja ( “Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Rifjut li jingħata lir-rikorrenti l-benefiċċju ta’ allowance għal xogħol permanenti jew bix-shift — Terminu għall-ilmenti — Dewmien — Appell parzjalment infondat u parzjalment manifestament inammissibbli” )

    ĠU C 133, 5.5.2012, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 133/26


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2012 — Barthel et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

    (Kawża T-398/11 P) (1)

    (Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Rifjut li jingħata lir-rikorrenti l-benefiċċju ta’ allowance għal xogħol permanenti jew bix-shift - Terminu għall-ilmenti - Dewmien - Appell parzjalment infondat u parzjalment manifestament inammissibbli)

    2012/C 133/52

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Yvette Barthel (Arlon, il-Belġju); Marianne Reiffers (Olm, il-Lussemburgu); u Lieven Massez (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J. N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Placco, aġent)

    Suġġett

    Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla), tal-10 ta’ Mejju 2011, Barthel et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, (F-59/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell ġie miċħud.

    (2)

    Y. Barthel, M. Reiffers u L. Massez għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tas-seduta preżenti.


    (1)  ĠU C 290, 01.10.2011.


    Top