EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0285

Kawża T-285/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Diċembru 2011 — Gooré vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Irtirar tal-lista tal-persuni kkonċernati — Rikors għal annullament — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għad-danni — Rikors manifestament infondat” )

ĠU C 49, 18.2.2012, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Gooré vs Il-Kunsill

(Kawża T-285/11) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Irtirar tal-lista tal-persuni kkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Rikors manifestament infondat)

2012/C 49/44

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Charles Kader Gooré (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: F. Meynot, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, G. Étienne u M. Chavrier, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 93, p. 10), sa fejn jikkonċerna r-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire.

(2)

It-talba għad-danni hija miċħuda.

(3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

(4)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


Top