EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0655

Kawża T-655/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – FSL et vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-banana fl-Italja, fil-Greċja u fil-Portugall — Koordinazzjoni fl-iffissar tal-prezzijiet — Ammissibbiltà tal-provi — Drittijiet tad-difiża — Użu ħażin ta’ poter — Prova tal-ksur — Kalkolu tal-ammont tal-multa”)

ĠU C 262, 10.8.2015, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – FSL et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-655/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-banana fl-Italja, fil-Greċja u fil-Portugall - Koordinazzjoni fl-iffissar tal-prezzijiet - Ammissibbiltà tal-provi - Drittijiet tad-difiża - Użu ħażin ta’ poter - Prova tal-ksur - Kalkolu tal-ammont tal-multa”))

(2015/C 262/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FSL Holdings (Antwerpen, il-Belġju); Firma Léon Van Parys (Antwerpen); u Pacific Fruit Company Italy SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: P. Vlaemminck, C. Verdonck, B. Van Vooren u B. Gielen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer u A. Biolan, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 7273 finali, tat-12 ta’ Ottubru 2011, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] [Każ COMP/39482 – Frott eżotiku – (banana)], u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 7273 finali, tat-12 ta’ Ottubru 2011, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] [Każ COMP/39482 – Frott eżotiku – (banana)], huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda l-perijodu mill-11 ta’ Awwissu 2004 sad-19 ta’ Jannar 2005, sa fejn jikkonċerna lil FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy SpA.

2)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C (2011) 7273 finali huwa annullat inkwantu jiffissa l-ammont tal-multa imposta fuq FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy bħala EUR 8 9 19  000.

3)

L-ammont tal-multa imposta fuq FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy fl-Artikolu 2 tal-imsemmija Deċiżjoni C (2011) 7273 finali huwa stabbilit għal EUR 6 6 89  000.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy huma kkundannati jħallsu terz tal-ispejjeż tagħhom stess u nofs l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

6)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas nofs l-ispejjeż tagħha stess u żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy.


(1)  ĠU C 58, 25.2.2012.


Top