EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0652

Kawża T-652/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 26 ta’ Frar 2015 – Sabbagh vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali” )

ĠU C 118, 13.4.2015, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2015 – Sabbagh vs Il-Kunsill

(Kawża T-652/11) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2015/C 118/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bassam Sabbagh (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: M. A. Bastin u J. M. Salva, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u S. Kyriakopoulou, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2011, tal-14 ta’ Novembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 296, p. 3), tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, rikors għad-danni sabiex jingħata kumpens għad dannu subit.

Dispożittiv

1)

It-talba għall-annullament tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill ta’ wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011, hija miċħuda bħala inammissibbli.

2)

Huma annullati, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Bassam Sabbagh:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2011, tal-14 ta’ Novembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011;

id-Deċiżjoni 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK;

ir-Regolament Nru 36/2012;

3)

L-effetti tad-deċiżjonijiet u tar-regolamenti annullati għandhom jibqgħu, fil-konfront ta’ Bassam Sabbagh, sad-data tal-iskadenza tat-terminu għall-appell jew, jekk jitressaq appell f’dan it-terminu, saċ-ċaħda eventwali tal-appell.

4)

It-talba għad-danni hija miċħuda.

5)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Bassam Sabbagh.

6)

Bassam Sabbagh għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 58 tal-25.2.2012.


Top