Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0615

Kawża T-615/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Royal Scandinavian Casino Århus vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Logħob online — Stabbiliment fid-Danimarka ta’ taxxi inqas għoljin għal-logħob online meta mqabbla ma’ dawk imposti fuq każinos u postijiet tal-logħob — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet — Nuqqas ta’ interess individwali — Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà”)

ĠU C 395, 10.11.2014, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Royal Scandinavian Casino Århus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-615/11) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Logħob online - Stabbiliment fid-Danimarka ta’ taxxi inqas għoljin għal-logħob online meta mqabbla ma’ dawk imposti fuq każinos u postijiet tal-logħob - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet - Nuqqas ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà”))

(2014/C 395/38)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Royal Scandinavian Casino Århus I/S (Århus, id-Danimarka) (rappreżentant: B. Jacobi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Afonso u C. Barslev, sussegwentement M. Afonso u L. Grønfeldt, aġenti)

Partijiet konvenuti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Vang, sussegwentement V. Pasternak Jørgensen u finalment C. Thorning, aġenti, assistiti minn K. Lundgaard Hansen, avukat); Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentanti: P. Grech u A. Buhagiar, aġenti); Betfair Group plc (Londra, Ir-Renju Unit) u Betfair International Ltd (Santa Venera, Malta) (rappreżentanti: O. Brouwer u A. Pliego Selie, avukati); European Gaming and Betting Association (EGBA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: C.-D. Ehlermann, J. C. Heithecker u J. Ylinen, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/140/UE, tal-20 ta’ Settembru 2011, dwar il-miżura C 35/10 (ex N 302/10) li d-Danimarka tipproponi li timplementa fil-forma ta’ taxxi fuq il-logħob online fil-liġi Daniża dwar it-taxxi fuq il-logħob (ĠU 2012, L 68, p. 3).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Royal Scandinavian Casino Århus I/S għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, Betfair Group plc, Betfair International Ltd u European Gaming and Betting Association (EGBA).

3)

Ir-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika ta’ Malta għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 32, 4.2.2012.


Top