Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0498

    Kawża T-498/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Rinnovament ta’ sit internet — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Rikors għal annullament — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kriterji ta’ għoti — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Talba għad-danni”)

    ĠU C 395, 10.11.2014, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 395/31


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-498/11) (1)

    ((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Rinnovament ta’ sit internet - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Rikors għal annullament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kriterji ta’ għoti - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Talba għad-danni”))

    (2014/C 395/36)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, M. Dermitzakis u N. Theologou, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u F. Moro, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u T. Ruys, avukati)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (OP), li tiġi miċħuda l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fir-rigward ta’ provvista ta’ servizzi li għandha bħala suġġett l-immodernizzar tas-sit internet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) kif ukoll talba għall-annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 347, 26.11.2011.


    Top