EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0413

Kawża T-413/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Jannar 2013 — Welte — Wenu vs UASI — Il-Kummissjoni (EUROPEAN DRIVESHAFT SERVICES) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva EUROPEAN DRIVESHAFT SERVICES — Raġuni assoluta għal rifjut — Imitazzjoni tal-emblema ta’ organizzazzjoni internazzjonali intergovernattiva — Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi — Kontenut tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ammissibbiltà ta’ elementi ġodda — Artikolu 56(2) u Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 — Regola 37(b), (iv) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Kompetenza tal-Bord tal-Appell fil-każ ta’ appell limitat għal parti mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni” )

ĠU C 55, 23.2.2013, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2013 — Welte — Wenu vs UASI — Il-Kummissjoni (EUROPEAN DRIVESHAFT SERVICES)

(Kawża T-413/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva EUROPEAN DRIVESHAFT SERVICES - Raġuni assoluta għal rifjut - Imitazzjoni tal-emblema ta’ organizzazzjoni internazzjonali intergovernattiva - Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi - Kontenut tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ammissibbiltà ta’ elementi ġodda - Artikolu 56(2) u Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 - Regola 37(b), (iv) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Kompetenza tal-Bord tal-Appell fil-każ ta’ appell limitat għal parti mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni)

2013/C 55/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Welte-Wenu GmbH (Neu-Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kahl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Samnadda u F.W. Bulst, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1590/2010-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Kummissjoni Ewropea u Welte-Wenu GmbH.

Dispożittiv

(1)

Il-punt 3 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-12 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1590/2010-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Kummissjoni Ewropea u Welte-Wenu GmbH, hija annullata, sa fejn hija tindika li Welte-Wenu għandha tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u tinkludihom fis-somma globali ta’ EUR 2 500 li Welte-Wenu għandha tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Welte-Wenu għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tal-UASI. Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 298, 08.10.2011.


Top