EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0128

Kawża T-128/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 27 ta’ Frar 2014 – LG Display u LG Display Taiwan vs Il-Kummissjoni “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq dinji tal-iskrins tal-kristalli likwidi (LCD) — Ftehimiet u prattiki miftiehma fil-qasam ta’ prezzijiet u ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni — Bejgħ intern — Drittijiet tad-difiża — Multi — Immunità parzjali minn multa — Ksur uniku u kontinwat — Prinċipju ta’ ne bis in idem ”

ĠU C 102, 7.4.2014, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – LG Display u LG Display Taiwan vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-128/11) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq dinji tal-iskrins tal-kristalli likwidi (LCD) - Ftehimiet u prattiki miftiehma fil-qasam ta’ prezzijiet u ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni - Bejgħ intern - Drittijiet tad-difiża - Multi - Immunità parzjali minn multa - Ksur uniku u kontinwat - Prinċipju ta’ ne bis in idem”)

2014/C 102/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Display Co. Ltd (Séoul, il-Korea t’Isfel); u LG Display Taiwan Co. Ltd (Taipei, it-Tajwan) (rappreżentanti: A. Winckler u F.-C. Laprévote, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn S. Kingston, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8761 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ COMP/39.309 – LCD), u t-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti b’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq LG Display Co. Ltd u fuq LG Display Taiwan Co. Ltd fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8761 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ COMP/39.309 – LCD), huwa ffissat għal-EUR 210 000 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

LG Display u LG Display Taiwan għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011.


Top