Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0069

    Kawża F-69/11: Rikors ippreżentat fid- 20 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Qorti tal-Awdituri

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/52


    Rikors ippreżentat fid-20 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Qorti tal-Awdituri

    (Kawża F-69/11)

    2011/C 282/99

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)

    Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li ma jinħatarx ir-rikorrent bħala Direttur tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani u li jinħatar kandidat ieħor għall-imsemmija pożizzjoni.

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri biex tinħatar persuna oħra bħala d-Direttur tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani u d-deċiżjoni li ma jinħatarx ir-rikorrent għal dan l-impjieg;

    sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

    tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri tħallas kumpens għad-danni materjali subiti li jikkonsistu f’telf ta’ drittijiet finanzjarji marbuta mad-deċiżjonijiet ikkontestati (inkluż dak li jirrigwarda l-karriera u d-drittijiet tal-pensjoni) u għalhekk, il-ħlas ta’ dawn id-drittijiet mill-1 ta’ Jannar 2001;

    tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri tħallas Euro 1 simboliku bħala kumpens għad-danni morali;

    tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri għall-ispejjeż.


    Top