Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CO0582

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta' Lulju 2012.
    Rügen Fisch AG vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Appell - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1) u (2) - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali SCOMBER MIX - Kawża ta' invalidità assoluta - Karattru deskrittiv.
    Kawża C-582/11 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:434





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2012 — Rügen Fisch vs UASI

    (Kawża C-582/11 P)

    “Appell — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1) u (2) — Trade mark Komunitarja — Trade mark verbali SCOMBER MIX — Kawża ta’ invalidità assoluta — Karattru deskrittiv”

    Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 46)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Settembru 2011, Rügen Fisch vs UASI (T-201/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tal-appellanti kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Marzu 2009 (Każ R 230/2007-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rügen Fisch AG u Schwaaner Fischwaren GmbH — Ksur tal-Artikoli 7(1)(c) u 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Karattru distintiv tas-sinjal verbali SCOMBER MIX

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Rügen Fisch AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top