EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0650

Kawża C-650/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvja) fid- 19 ta’ Diċembru 2011 — Ilgvars Brunovskis vs Lauku atbalsta dienests

ĠU C 49, 18.2.2012, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvja) fid-19 ta’ Diċembru 2011 — Ilgvars Brunovskis vs Lauku atbalsta dienests

(Kawża C-650/11)

2012/C 49/31

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ilgvars Brunovskis

Konvenut: Lauku atbalsta dienests

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 125(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-primjum għall-baqra li tredda’ għandu jiġi stabbilit b’kunsiderazzjoni tal-baqar li jreddgħu kollha mwielda fis-sena kalendarja?

(2)

L-Artikolu 102(2) tar-Regolament Nru 1973/2004 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodu ta’ sitt xhur għandu jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi t-terminu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-premjums?

(3)

Jekk ir-risposta għat-tieni domanda hija fl-affermattiv, meta Stat Membru ikun naqqas dan it-terminu ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, ikun obbligat li jikkumpensa t-telf konsegwentement subit mill-bidwi, jekk dan ma setax jieħu vantaġġ sħiħ mit-terminu tal-applikazzjonijiet stabbilit mir-regolament?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004, tad-29 ta’ Ottubru 2004, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba [art imserrħa] għall-produzzjoni ta’ materja prima (ĠU L 330M, p. 58).


Top