Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0647

    Kawża C-647/11 P: Appell ippreżentat fid- 19 ta’ Diċembru 2011 minn Dimos Peramatos kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat- 12 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-312/07, Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 49, 18.2.2012, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 49/18


    Appell ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2011 minn Dimos Peramatos kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-312/07, Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-647/11 P)

    2012/C 49/30

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Appellant: Dimos Peramatos (rappreżentant: G. Gerapetritis, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, sa fejn tiċħad ir-rikors li bih l-appellant ried jikseb il-waqfien ta’ kull obbligu impost fuqu li jirrimborsa l-ammonti mħallsa fil-kuntest tal-programm LIFE97/ENV/GR/000380 jew, sussidjarjament, tirriforma l-att ikkontestat sabiex jiġi obbligat iħallas EUR 93 795,32, li jikkorrispondi għad-determinazzjoni kontabbli tal-ispejjeż mhux eliġibbli, kif il-Kummissjoni rrikonoxxiet;

    tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, għal eżami mill-ġdid;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mill-appellant u b’mod partikolari l-ispejjeż tal-avukati.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellant jinvoka żewġ aggravji insostenn tal-appell tiegħu:

    (1)

    Interpretazzjoni żbaljata tal-ftehim dwar is-sussidju milħuq bejn Dimos Peramatos u l-Kummissjoni Ewropea fis-17 ta’ Lulju 1997 taħt in-Numru C(97)/1997/finali/29, fil-kuntest tal-implementazzjoni ta’ azzjoni li taqa’ taħt il-programm LIFE, u fil-kuntest regolamentari tiegħu (Regolament Nru 1973/1992), sa fejn il-Qorti Ġenerali qieset li l-obbligu impost b’dan il-ftehim fuq il-muniċipalità biex jinżergħu siġar ma kienx ġie sodisfatt b’mod sodisfaċenti.

    (2)

    Interpretazzjoni żbaljata u ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ċertezza legali minħabba motivazzjoni insuffiċjenti tas-sentenza appellata fuq il-punt li jikkonċerna l-obbligu ta’ motivazzjoni ta’ atti amministrattivi li jikkawżaw preġudizzju li ġew adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.


    Top