EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0619

Kawża C-619/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Bruxelles (il-Belġju) fit- 30 ta’ Novembru 2011 — Patricia Dumont de Chassart vs Onafts — Office national d’allocations familiales pour travailleurs salariés

ĠU C 49, 18.2.2012, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Bruxelles (il-Belġju) fit-30 ta’ Novembru 2011 — Patricia Dumont de Chassart vs Onafts — Office national d’allocations familiales pour travailleurs salariés

(Kawża C-619/11)

2012/C 49/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Patricia Dumont de Chassart

Konvenut: Onafts — Office national d’allocations familiales pour travailleurs salariés

Domanda preliminari

L-Artikolu 79(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (1) jikser il-prinċipji ġenerali ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni sanċiti, inter alia, fl-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, moqri flimkien, fejn ikun xieraq, mal-Artikoli 17, 39 u/jew 43 tal-verżjoni kkonsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, meta dan jiġi interpretat fis-sens li jippermetti biss lill-ġenitur li jkun miet li jibbenefika mir-regoli ta’ assimilazzjoni tal-perijodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew xogħol self-employed previsti fl-Artikolu 72 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, b’tali mod li, bħala konsegwenza, l-Artikolu 56 bis(1) tal-liġijiet dwar l-allowances tal-familja stabbiliti fid-19 ta’ Diċembru 1939 jeskludi, fil-konfront tal-ġenitur superstitu, irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu ladarba huwa jkun ċittadin ta’ Stat Membru jew ladarba jkun jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, li jkun ħadem f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar previst fl-Artikolu 56 bis(1) tal-liġijiet dwar l-allowances tal-familja stabbiliti fid-19 ta’ Diċembru 1939, il-possibbilità li jipproduċi l-prova li huwa jissodisfa l-kundizzjoni li fil-kwalità tiegħu ta’ benefiċċjarju fis-sens tal-Artikolu 51(3)(1) tal-liġijiet dwar l-allowances tal-familja stabbiliti fid-19 ta’ Diċembru 1939, huwa kien eliġibbli għal sitt allowances mensili fil-forma ta’ somma f’daqqa matul it-tnax-il xahar ta’ qabel il-mewt, filwaqt li l-ġenitur superstitu, kemm jekk ikun ta’ nazzjonalità Belġjana jew ikun ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, li jkun ħadem esklużivament fil-Belġju matul il-perijodi ta’ tnax-il xahar previst fl-Artikolu 56 bis(1) tal-liġijiet dwar l-allowances tal-familja stabbiliti fid-19 ta’ Diċembru 1939, fejn ikun applikabbli, peress li dan qatt ma jkun telaq mit-territorju Belġjan, huwa permess li jipproduċi tali prova?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35.


Top