Este documento es un extracto de la web EUR-Lex
Documento 62011CN0611
Case C-611/11 P: Appeal brought on 30 November 2011 by ara AG against the judgment of the General Court (Seventh Chamber) delivered on 22 September 2011 in Case T-174/10 ara v OHIM
Kawża C-611/11: Appell ippreżentat fit- 30 ta’ Novembru 2011 minn ara AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat- 22 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-174/10, ara vs UASI
Kawża C-611/11: Appell ippreżentat fit- 30 ta’ Novembru 2011 minn ara AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat- 22 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-174/10, ara vs UASI
ĠU C 133, 5.5.2012, p. 14/15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/14 |
Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2011 minn ara AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-174/10, ara vs UASI
(Kawża C-611/11)
2012/C 133/26
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: ara AG (rappreżentant: M. Gail, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-proċedura: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Allrounder SARL
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-22 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-174/10; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-26 ta’ Jannar 2010 (Każ R 481/2009-1); |
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u lill-intervenjenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tinvoka l-ksur, mill-Qorti Ġenerali, tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1).
F’dak ir-rigward, l-appellanti qabelxejn tirrileva ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Qorti Ġenerali sa fejn hija ma pprovdietx, fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, raġunijiet suffiċjenti, fid-dawl tal-kriterji tal-pubbliku rilevanti, tal-paragun tat-trade marks u tal-periklu ta’ konfużjoni. Għalhekk, l-istess Qorti Ġenerali ddeċidiet, b’mod żbaljat, li l-pubbliku inkwistjoni huwa ffurmat minn konsumaturi medji li għandhom livell ta’ attenzjoni medju waqt ix-xiri tal-prodotti kkonċernati anki jekk ġie muri, fl-ewwel lok, li l-konsumatur rarament ikollu l-possibbiltà li jagħmel paragun dirett bejn it-trade marks differenti. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, b’mod żbaljat, waqt il-paragun tat-trade marks, li l-preżenza ta’ żewġ disinni triangolari hija prevalenti fl-impressjoni prodotta fil-memorja tal-pubbliku mit-trade mark kontenzjuża. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali tat valur għoli wisq lil element wieħed jew iktar tat-trade mark.
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn hija ma għamlitx riferiment għad-dokumenti prodotti mill-intervenjenti fil-kuntest tal-verifika tar-riskju ta’ konfużjoni.
Finalment, il-Qorti Ġenerali tat valur għoli wisq lill-importanza tal-prinċipju ta’ investigazzjoni ex officio.
(1) ĠU L 78, p. 1.