Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0585

    Kawża C-585/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fl- 24 ta’ Novembru 2011 — Philipp Seeberger vs Studentenwerk Heidelberg

    ĠU C 49, 18.2.2012, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 49/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Novembru 2011 — Philipp Seeberger vs Studentenwerk Heidelberg

    (Kawża C-585/11)

    2012/C 49/24

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgericht Karlsruhe

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Philipp Seeberger

    Konvenut: Studentenwerk Heidelberg

    Domanda preliminari

    Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta l-għoti ta’ għajnuna għal taħriġ għal studji fi Stat Membru ieħor sempliċement minħabba li, meta beda l-istudji tiegħu, l-istudent li eżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu, ma kellux residenza permanenti fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu mill-inqas għal tliet snin?


    Top