EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0536

Kawża C-536/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija) fl- 20 ta’ Ottubru 2011 — Bundeswettbewerbsbehörde vs Donau Chemie AG et

ĠU C 13, 14.1.2012, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija) fl-20 ta’ Ottubru 2011 — Bundeswettbewerbsbehörde vs Donau Chemie AG et

(Kawża C-536/11)

2012/C 13/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundeswettbewerbsbehörde

Konvenuti: Donau Chemie AG, Donauchem GmbH, DC Druck-Chemie Süd GmbH & Co KG, Brenntag Austria Holding GmbH, Brenntag CEE GmbH, Ashland-Südchemie-Kernfest GmbH, Ashland Südchemie Hantos GmbH.

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Ġunju 2011, C-360/09, Pfleiderer, jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali fil-qasam tal-akkordji li tissuġġetta, fil-każijiet kollha mingħajr eċċezzjoni, l-għoti ta’ aċċess għall-fajl tal-Kartellgericht lil terzi li ma jkunux partijiet fil-proċedura, għall-finijiet tal-preparazzjoni ta’ talba għad-danni kontra l-membri tal-kartell (anki) fi proċeduri li fihom saret applikazzjoni tal-Artikoli 101 TFUE jew 102 TFUE, flimkien mar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1), għall-kunsens tal-partijiet kollha fil-proċedura mingħajr ma huwa possibbli għall-awtorità ġudizzjarja li tibbilanċja, każ b’każ, l-interessi protetti mid-dritt tal-Unjoni sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom għandu jingħata jew jiġi rrifjutat l-aċċess għall-fajl?

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda:

(2)

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħal dik deskritta meta, minkejja li din id-dispożizzjoni tapplika anki għal proċedura fil-qasam tal-akkordji ta’ natura esklużivament nazzjonali u minkejja li lanqas ma huma previsti regoli speċjali għad-dokumentazzjoni prodotta minn benefiċjarji ta’ klemenza, id-dispożizzjonijiet nazzjonali ekwivalenti applikabbli għal tipi oħra ta’ proċeduri, b’mod partikolari fil-proċeduri ċivili ta’ ġurisdizzjoni volontarja jew kontenzjuża u fil-proċeduri kriminali, jippermettu l-aċċess għall-fajls ġudizzjarji anki mingħajr il-kunsens tal-partijiet bil-kundizzjoni li t-terz li ma jkunx parti fil-proċedura jistabbilixxi, prima facie, interess legali fl-aċċess għall-fajl u bil-kundizzjoni li ma jkunx hemm interess superjuri ta’ persuna oħra jew interess pubbliku superjuri li jipprekludi l-aċċess għall-fajl fil-każ ineżami?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 8 Vol. 2 p. 205),


Top