This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0478
Case C-478/11 P: Appeal lodged on 21 September 2011 by Laurent Gbagbo against the order delivered on 13 July 2011 by the General Court in Case T-348/11 Gbagbo v Council
Kawża C-478/11 P: Appell ippreżentat fil- 21 ta’ Settembru 2011 minn Laurent Gbagbo kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) mogħti fit- 13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-348/11, Gbagbo vs Il-Kunsill
Kawża C-478/11 P: Appell ippreżentat fil- 21 ta’ Settembru 2011 minn Laurent Gbagbo kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) mogħti fit- 13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-348/11, Gbagbo vs Il-Kunsill
ĠU C 6, 7.1.2012, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/2 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2011 minn Laurent Gbagbo kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) mogħti fit-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-348/11, Gbagbo vs Il-Kunsill
(Kawża C-478/11 P)
2012/C 6/03
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Laurent Gbagbo (rappreżentanti: L. Bourthoumieux, J. Vergès, R. Dumas u M. Ceccaldi, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
— |
tiddikjara r-rikors ta’ Laurent Gbagbo ammissibbli; |
— |
tannulla d-digriet T-348/11 tat-13 ta’ Lulju 2011 li ddikjara r-rikors bħala preskritt; |
— |
tirrinvija lill-appellant quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex ikun jista’ jinvoka d-drittijiet tiegħu; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikoli 69 u 73 tar-Regolament tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant iqajjem l-aggravji li ġejjin:
— |
Il-forza maġġuri minħabba l-gwerra interrompiet il-preskrizzjoni. Is-sitwazzjoni li kien ikkonfrontat biha l-appellant mix-xahar ta’ Novembru 2010 fil-Côte d’Ivoire, tikkostitwixxi każ ta’ forza maġġuri, skont l-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, minħabba l-istat ta’ gwerra li għandu l-effett li jinterrompi t-termini ta’ preskrizzjoni tal-atti adottati mill-Kunsill kontra tiegħu. |
— |
Dan il-każ ta’ forza maġġuri minħabba l-gwerra jipprekludi l-possibbiltà li l-appellant ikun jista’ jeżerċita liberament id-dritt ta’ appell tiegħu kontra atti li jiksru b’mod ċar id-drittijiet fundamentali. |
— |
Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali għandhom preċedenza fuq il-prinċipju ta’ ċertezza legali. Meta invokat il-prinċipju ta’ ċertezza legali sabiex tiddikjara inammissibbli t-talba tal-appellant, il-Qorti Ġenerali ppreġudikat id-dritt fundamentali ta’ aċċess għal qorti u għad-drittijiet ta’ difiża. Għalhekk, l-appellant ġie mċaħħad mid-dritt ta’ smigħ tiegħu minn qorti kompetenti. |
— |
In-nuqqas ta’ infurzabbiltà tat-terminu għall-raġunijiet ta’ distanza u għall-preżentata ta’ rikors fil-każ ta’ gwerra. It-terminu għall-raġunijiet ta’ distanza u għall-preżentata ta’ rikors ma jistgħux jiġu infurzati kontra destinatarju residenti fi Stat fejn hemm gwerra fil-miftuħ. Termini bħal dawn japplikaw biss waqt żmien ta’ paċi u fuq il-kontinent Ewropew. Issa, l-appellant jinsab f’kontinent ieħor u, għalhekk, l-applikazzjoni stretta tal-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali għall-każ preżenti tikser mingħajr kontestazzjoni l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, u l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
— |
Il-preċedenza tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jannulla kull obbligu ta’ notifika stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jipprovdi li t-terminu għall-preżentata ta’ rikors jibda jiddekorri min-notifika jew mill-pubblikazzjoni jew minn meta l-persuna interessata ssir taf bl-att. Fil-fatt, l-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura ma jikkunsidrax l-obbligu ta’ notifika u lanqas ma jieħu inkunsiderazzjoni l-ġurnata meta r-rikorrent sar jaf bl-att, u b’hekk jillimita l-kliem u l-ispirtu tal-Artikolu 263 TFUE. B’dan il-mod, l-Artikolu 102 jqiegħed indiskussjoni d-drittijiet previsti u protetti mit-Trattat, li għandu valur ġuridiku superjuri u li japplika għall-istituzzjonijiet li jiffurmaw l-Unjoni Ewropea. Konsegwentement, peress li l-atti kkontestati ma ġewx innotifikati lill-appellant, bi ksur tal-Artikolu 263(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, it-terminu għar-rikors jibda jiddekorri biss mill-mument meta r-rikorrent ikun sar jaf bl-atti maħruġa fil-konfront tiegħu. |
— |
Ksur serju tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali. Il-prinċipju ta’ ċertezza legali kif stabbilit mill-Qorti Ġenerali jpoġġi serjament indiskussjoni ċ-ċertezza legali fit-totalità tagħha, peress li l-individwi residenti barra mill-Unjoni Ewropea u residenti f’pajjiż li qiegħed fi gwerra jingħataw sanzjonijiet li dawn ma jistgħux jeżerċitaw kontrihom, b’mod effettiv, id-drittijiet għal rikors tagħhom, peress li ma jkunux jafu b’din is-sanzjoni. |
— |
Sussidjarjament, l-appellant jitlob l-annullament tal-atti adottati kontra tiegħu mill-Kunsill minħabba l-gravità tal-ksur tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali. Peress li l-atti kkontestati jiksru l-libertajiet fundamentali protetti minn diversi trattati internazzjonali, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tannulla l-atti msemmija, peress li l-illegalità tagħhom tikser l-ordni Ewropew stabbilit u minħabba li l-ebda terminu għall-preżentata ta’ rikors ma jista’ jiġi invokat minħabba l-gravità tal-ksur tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali protetti. |