This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0384
Case C-384/11: Reference for a preliminary ruling from the Rechtbank van Eerste Aanleg te Brussel (Belgium) lodged on 19 July 2011 — Tate & Lyle Investments Ltd v Belgische Staat, other party: Syral Belgium NV
Kawża C-384/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fid- 19 ta’ Lulju 2011 — Tate & Lyle Investments vs Belgische Staat; parti oħra fil-proċedura: Syral Belgium NV
Kawża C-384/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fid- 19 ta’ Lulju 2011 — Tate & Lyle Investments vs Belgische Staat; parti oħra fil-proċedura: Syral Belgium NV
ĠU C 282, 24.9.2011, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fid-19 ta’ Lulju 2011 — Tate & Lyle Investments vs Belgische Staat; parti oħra fil-proċedura: Syral Belgium NV
(Kawża C-384/11)
2011/C 282/26
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tate & Lyle Investments Ltd
Konvenut: Belgische Staat
Parti oħra fil-proċedura: Syral Belgium NV
Domandi preliminari
L-Artikolu 63 TFUE (li kien l-Artikolu 56 KE) jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha d-distribuzzjoni ta’ dividend lil kumpannija residenti li hija d-detentriċi ta’ sehem ta’ inqas minn 10 % mill-kapital ta’ kumpannija residenti oħra, fejn il-valur tal-akkwist ta’ dan is-sehem ikun minn tal-inqas EUR 1.2 miljuni, hija suġġetta għal taxxa f’ras il-għajn ta’ 10 %, u dan filwaqt li din it-taxxa f’ras il-għajn titqies bħala tpaċija mat-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta fil-Belġju, filwaqt li l-eventwali bilanċ jiġi rrimborsat u filwaqt li l-kumpannija azzjonista residenti tista’, jekk ikun il-każ, titlob ukoll l-applikazzjoni ta’ sistema fiskali (“DBI”) li permezz tagħha tkun tista’ tkompli titnaqqas il-bażi ta’ stima tat-taxxa billi jitnaqqsu ċerti spejjeż marbuta mas-sehem, meta t-taxxa f’ras il-għajn (imsejħa “précompte immobilier”) ta’ 10 % applikata fuq id-dividendi — jew fuq ħlasijiet ikkunsidrati bħala tali — iddistribwiti fir-rigward ta’ sehem simili f’kumpannija residenti iżda lil kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra tikkostitwixxi taxxa definittiva li ma tistax tiġi rrimborsata u li lanqas ma tista’ titnaqqas bl-użu tas-sistema fiskali msemmija (“DBI”)?