EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0138

Kawża C-138/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil- 21 ta’ Marzu 2011 — Compass-Datenbank GmbH vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

ĠU C 186, 25.6.2011, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-21 ta’ Marzu 2011 — Compass-Datenbank GmbH vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-138/11)

2011/C 186/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Compass-Datenbank GmbH

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Partijiet oħra fil-proċeduri: Bundeskartellanwalt, Bundeswettbewerbsbehörde

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività ta’ awtorità pubblika li tissejvja f’database (Firmenbuch — reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji), data li l-impriżi għandhom jikkomunikaw abbażi tal-obbligi legali u li tippermetti li ssir konsultazzjoni ta’ din id-data u/jew li jiġu pprovduti kopji bi ħlas, filwaqt li tipprojbixxi kwalunkwe użu ieħor ta’ din id-data, hija attività kummerċjali?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

(2)

Ikun hemm attività kummerċjali meta l-awtorità pubblika tinvoka l-protezzjoni sui generis li tingħatalha bħala produttur ta’ database, u tipprojbixxi kwalunkwe użu li jmur lil hinn mis-sempliċi konsultazzjoni u stampar tad-data?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda:

(3)

L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipji kkonstatati bis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-6 ta’ April 1995, RTE u ITP vs Il-Kummissjoni (C-241/91 P u C-242/91 P, Ġabra p. I-743), u tad-29 ta’ April 2004, IMS Health (C-418/01, Ġabra p. I-5039) (“duttrina tal-faċilitajiet essenzjali”) japplikaw ukoll meta ma hemmx “suq upstream” peress li d-data protetta tinġabar u tiġi ssejvjata f’database (Firmenbuch — reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji) fil-kuntest ta’ eżerċizzju ta’ attività tal-poter pubbliku?


Top