This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0077
Case C-77/11: Action brought on 22 February 2011 — Council of the European Union v European Parliament
Kawża C-77/11: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Frar 2011 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew
Kawża C-77/11: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Frar 2011 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew
ĠU C 120, 16.4.2011, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
16.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/7 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2011 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-77/11)
2011/C 120/12
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Maganza u M. Vitsentzatos, aġenti)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla l-att tal-President tal-Parlament datat 14 ta’ Diċembru 2010 li jikkonstata li l-baġit tal-Unjoni għas-sena 2011 jiġi finalment adottat, sa fejn dan l-att jikkoinċidi mal-att li jistabbilixxi dan il-baġit, |
|
— |
b’mod alternattiv, u sa fejn hemm inkwistjoni att separat mill-ewwel wieħed, tannulla l-att tal-President tal-Parlament tal-istess data, intiż li jiġi adottat il-baġit tal-Unjoni għas-sena 2011 u tagħtih is-saħħa vinkolanti meħtieġa fil-konfront tal-istituzzjonijiet u l-Istati Membri, |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-att tal-President tal-Parlament Ewropew li jiddikjara li l-baġit tal-Unjoni għas-sena 2011 jiġi finalment adottat, peress li din il-konstatazzjoni saret mingħajr ma tlestiet il-proċedura tal-baġit 2010 (il-baġit tal-2011), |
|
— |
tikkunsidra l-effetti tal-baġit 2011 bħala finali sakemm il-baġit jiġi stabbilit permezz ta’ att leġiżlattiv skont it-Trattati, |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
B’dan ir-rikors, il-Kunsill isostni li, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fl-1 ta’ Diċembru 2009, il-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea, u l-baġits ta’ emenda, għandhom issa jiġu stabbiliti b’att leġiżlattiv, komuni għaż-żewġ istituzzjonijiet li huma l-awturi tiegħu, jiġifieri l-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Dan l-att għandu jiġi ffirmat mill-Presidenti taż-żewġ istituzzjonijiet, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 297(1) TFUE.
Il-Kunsill jargumenta, għalhekk, li l-att li jistabbilixxi l-baġit annwali 2011 — kemm jekk l-att jikkoinċidi mal-konstatazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew li l-baġit 2011 huwa finalment adottat kif ukoll jekk jitqies bħala att separat — huwa illegali, sa fejn jikkostitwixxi att atipiku u mhux leġiżlattiv, adottat u ffirmat biss mill-President tal-Parlament Ewropew bi ksur tal-Artikolu 314 TFUE u tal-Artikoli 288, 289(2), 296(1) u (3) tat-Trattat u tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Sussidjarjament, il-Kunsill isostni li dan l-att huwa illegali minħabba ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u ksur tal-Artikolu 314(9) TFUE.
Finalment, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tippriżerva, jekk ikun il-każ, l-effetti tal-baġit kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sad-data li fiha dan il-baġit jiġi stabbilit skont l-artikoli ċċitati tat-Trattat.