Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0038

    Kawża C-38/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit- 28 ta’ Jannar 2011 — Amorim Energia, B.V. vs Ministério das Finanças e da Administração Pública

    ĠU C 130, 30.4.2011, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 130/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-28 ta’ Jannar 2011 — Amorim Energia, B.V. vs Ministério das Finanças e da Administração Pública

    (Kawża C-38/11)

    2011/C 130/16

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiz

    Qorti tar-rinviju

    Supremo Tribunal Administrativo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Amorim Energia, B.V.

    Konvenut: Ministério das Finanças e da Administração Pública

    Domanda preliminari

    L-Artikoli 63 u 65 TFUE (li qabel kienu l-Artikoli 56 u 58 KE) jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħall-Artikoli 46(1), 96(2) u (3), 14(3) u 89 taċ-CIRC, li, fil-kuntest tal-eliminazzjoni tat-taxxa doppja ekonomika fuq il-profitti mqassmin, għalkemm tosserva d-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE (1), tat-23 ta’ Lulju 1990, ma tippermettix lill-kumpanniji azzjonisti residenti fi Stat Membru ieħor jiksbu r-rimbors tat-taxxa mnaqqsa f’ras il-għajn taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-kumpanniji azzjonisti residenti fil-Portugall, peress li din teżiġi għal dan il-għan perijodu minimu ta’ pussess itwal u holding minimu fil-kapital ikbar, fatt li jdewwem jew jirrendi impossibili l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja ekonomika?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147).


    Top