Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0029

Kawża C-29/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Suceava Secția comercială, de contencios administrativ și Fiscal (ir-Rumanija) fis- 17 ta’ Jannar 2011 — Sfichi Aurora Elena vs Direcția Generală a Finanțelor publice Suceava — Administrația Finanțelor Publice Suceava u Administrația Fondului Pentru Mediu

ĠU C 113, 9.4.2011, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Suceava Secția comercială, de contencios administrativ și Fiscal (ir-Rumanija) fis-17 ta’ Jannar 2011 — Sfichi Aurora Elena vs Direcția Generală a Finanțelor publice Suceava — Administrația Finanțelor Publice Suceava u Administrația Fondului Pentru Mediu

(Kawża C-29/11)

2011/C 113/08

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunal Suceava Secția comercială, de contencios administrativ și Fiscal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sfichi Aurora Elena

Konvenuta: Direcția Generală a Finanțelor publice Suceava — Administrația Finanțelor Publice Suceava u Administrația Fondului Pentru Mediu

Domandi preliminari

(1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li qabel kien l-Artikolu 90 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea), li jipprovdi li l-ebda Stat Membru ma għandu japplika, direttament jew indirettament, fuq il-prodotti ta’ Stati Membri oħra, taxxi interni, ta’ kull deskrizzjoni, ogħla minn dawk applikati direttament jew indirettament fuq prodotti simili nazzjonali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi lil Stat Membru milli jistabbilixxi taxxa li jkollha l-karatteristiċi bħal dik tat-taxxa fuq it-tniġġis stabbilita bl-Ordonanța de Urgență Nru 50/2008, kif emendata u aġġornata, taxxa li hija imposta meta vettura użata u preċedentement irreġistrata fi Stati Membri oħra tiġi rreġistrata għall-ewwel darba fir-Rumanija, sa fejn il-vetturi użati rreġistrati fir-Rumanija ma humiex suġġetti għal din it-taxxa jekk huma s-suġġett ta’ tranżazzjonijiet u qed jerġgħu jiġu rreġistrati?

(2)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li qabel kien l-Artikolu 90 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea), intiż sabiex jelimina l-elementi ta’ natura li jipproteġu s-suq nazzjonali u li jippreġudikaw il-prinċipji ta’ kompetizzjoni, jipprekludi li tiġi stabbilita taxxa fuq it-tniġġis tal-vetturi b’mutur, li hija imposta meta vettura użata u preċedentement irreġistrata fi Stati Membri oħra tiġi rreġistrata għall-ewwel darba fir-Rumanija, fid-dawl tal-fatt li l-Ordonanța de Urgență Nru 50/2008 teżenta mill-obbligu tal-ħlas tat-taxxa fuq it-tniġġis “il-vetturi b’mutur M1 li għandhom standard ta’ tniġġis Euro [4] u kapaċità ċilindrika li ma taqbiżx 2 000 cm3, kif ukoll kull vettura oħra b’mutur N1 li għandha standard ta’ tniġġis Euro 4, irreġistrati għall-ewwel darba fir-Rumanija jew fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu bejn il-15 ta’ Diċembru 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2009 inkluż”, jiġifieri kategorija ta’ vetturi li għandhom il-karatteristiċi tekniċi ta’ vetturi prodotti fir-Rumanija, biex b’hekk tiffavorixxi s-settur nazzjonali tal-produzzjoni tal-vetturi?


Top