EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0088

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-10 ta' Novembru 2011.
LG Electronics, Inc. vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Appell - Trade mark Komunitarja - Sinjal verbali 'KOMPRESSOR PLUS' - Rifjut ta' reġistrazzjoni - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(c) - Karattru deskrittiv - Eżami ta' mezz ta' prova ġdid mill-Qorti Ġenerali - Żnaturament tal-fatti u tal-provi.
Kawża C-88/11 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:727





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 – LG Electronics vs UASI

(Kawża C-88/11 P)

“Appell – Trade mark Komunitarja – Sinjal verbali ‘KOMPRESSOR PLUS’ – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 7(1)(ċ) – Karattru deskrittiv – Eżami ta’ prova ġdida mill-Qorti Ġenerali – Żnaturament tal-fatti u tal-provi”

1.                     Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Eżami ex officio tal-fatti - Portata - Obbligu li tiġi stabbilita l-eżattezza tal-fatti magħrufa - Assenza - Kontestazzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali - Produzzjoni ta’ dokumenti sabiex tiġi sostnuta l-eżattezza ta’ fatt magħruf (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 74(1)) (ara l-punti 26-30)

2.                     Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 36, 37)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tas-16 ta’ Diċembru 2010 - LG Electronics vs UASI (T‑497/09) li tiċħad l-appell ippreżentat mir‑rikorrenti kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Settembru 2009 (Każ R 397/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas‑sinjal verbali KOMPRESSOR PLUS bħala trade mark Komunitarja - Karattru deskrittiv tat-trade mark - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) - Eżami ta’ fatti ġodda mill-Qorti Ġenerali - Żnaturament tal-provi.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

LG Electronics Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top